Tweġġa’ serjament wara li waqgħet fl-Imqabba

Mara ġarrbet serji wara li waqgħet fir-residenza tagħha fl-Imqabba.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm meta l-Pulizija rċeviet rapport li mara ta’ 52 sena weġġgħet, wara li waqgħet fit-taraġ tad-dar tagħha fi Triq il-Madonna tal-Ġilju.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.