​Tweġġa’ serjament wara li waqgħet fin-Naxxar

Mara ta’ 62 sena min-Naxxar weġġgħet serjament wara li waqgħet it-taraġ tar-residenza tagħha fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-2pm fi Triq Ċensu Muskat.
Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.