Tweġġa’ meta kienet se tirkeb fil-karozza; is-sewwieq laħaq saq

Mara ta’ 68 sena mill-Mosta weġġgħet gravi hekk kif waqgħet meta kienet se tirkeb f’karozza u s-sewwieq laħaq saq. Konsegwenza t’hekk hija waqgħet. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.45am fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.