Tweġġa’ gravi wara li waqgħet sular fil-Gżira

CMRU

Mara weġġgħet gravi wara li waqgħet madwar sular f’residenza fil-Gżira.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fi Triq Carlo Manchè għall-ħabta tal-10pm ilbieraħ. Il-Bulgara ta’ 66 sena jidher li waqgħet minn fetħa li kien hemm fl-art tar-residenza.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.