Tweġġa’ gravi wara li ttajret minn karozza f’Ħaż-Żabbar

Mara ta’ 63 sena mill-Birgu weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident stradali f’Ħaż Żabbar.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45pm viċin Bieb is-Sultan. Il-mara jidher li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Hija ttieħdet b’urġenza lejn l-isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.