Tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn fork lifter

Mara ta’ 55 sena minn Santa Venera ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn fork lifter fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.15am fi Triq Emmanuel Attard.
Fil-ħin tal-inċident, il-mara kienet miexja, meta ntlaqtet minn fork lifter li kien qed jintuża għal xi xogħol.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.
Is-sewwieq tal-fork lifter, raġel ta’ 52 sena mill-Mellieħa, ma sofra l-ebda ġrieħi.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.