Tweġġa’ gravi wara li nqalbet bil-karozza f’Ħal Tarxien

Read in English.

Mara ndarbet gravi wara li kawża ta’ ħabta, inqalbet bil-karozza f’Ħal Tarxien.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fis-5.40am fi Triq id-Dejma. Il-mara ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar kienet qed issuq il-karozza tagħha meta ħabtet ma’ karru li kien wieqaf mal-ġenb tat-triq. Bil-konsegwenza ta’ dan, il-vettura nqalbet.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.