​Tweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur

Mara kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ġarrbet ġrieħi gravi minn inċident bil-mutur fl-Imsida.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:00am fi Triq Dun Karm. Skont il-Pulizija, raġel ta’ 33 sena residenti Wied il-Għajn tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa'. Il-mara, residenti l-Imsida, li kienet qed tirkeb miegħu sofriet ġrieħi gravi. Ir-raġel qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Ritratt: Arkivji