Twarrbu iżda għadhom fil-libertà li jmorru jieħdu kafè il-Belt – BBC

Read in English.

Il-ġurnalista tal-BBC Juliet Rix qalet li minkejja li t-tliet politiċi prominenti li ssemmew kemm-il darba fil-kitbiet ta’ Daphne Caruana Galizia twarrbu, xorta għadhom fil-libertà jimxu fit-toroq tal-Belt, jixorbu l-kafè mingħajr wisq mistoqsijiet min-naħa tal-Pulizija.

Rix hija korrispondent ewlieni tal-programm storiku ‘From Our Own Correspondent’ li ilu jixxandar aktar minn 50 sena fuq l-BBC Radio. Il-ġurnalista tittratta każijiet ta’ korruzzjoni madwar id-dinja.

Agħfas hawn biex tisma’ l-programm tal-BBC

Hija qalet li minkejja li Joseph Muscat irriżenja minn Prim Ministru biex laħaq minfloku dak li hi ddeskritt bħala l-ħabib tiegħu Robert Abela, xorta l-ferita tal-assassinju ta’ Caruana Galizia għadha miftuħa, hekk kif t-tliet persuni li tressqu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista għandhom m’għaddewx ġuri, minkejja l-provi kontrihom.

Muscat, żewġ politiċi prominenti fil-gvern tiegħu u l-għajjutant tiegħu (close aide) ħarġu mix-xena wara li ssemmew minn Caruana Galizia fil-kitbiet tagħhom dwar każijiet ta’ bejgħ ta’ passaporti lill-persuni suspettużi Libjani, Russi u mill-Ażerbajġan baqgħu mhux investigati mill-pulizija.

Rix tgħid li l-qtil ta’ Caruana Galizia kisser id-dehra paċifika tal-gżejjer Maltin bid-dinja kollha titfa’ ħaristha fuq Malta għar-raġunijiet ħżiena.