Twaqqfu fil-pront milli jdaħħlu d-droga l-ħabs

Read in English.

Matul l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin inqabdu 14-il każ ta’ droga jew sustanzi illeċiti oħra. 12-il każ minn dawn is-sejbiet inqabdu permezz tal-iscanners li bdew jaħdmu din is-sena.

Bħalissa fil-faċilità korrettiva ta’ kordin hemm madwar 800 persuna li qed jiskontaw sentenza jew li jinsabu taħt arrest. Matul il-ġimgħa li għaddiet żewġ viżitaturi nqabdu wara li għaddew mill-body scanners jippruvaw idaħħlu d-droga fil-ħabs.

Wara kull sejba tad-droga, l-amministrazzjoni tal-ħabs issejjaħ lill-pulizija biex din tinvestiga l-każ.

Jaqbduhom idaħħlu d-droga l-ħabs

Dan ħareġ mill-mistoqsija parlamentari li d-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami għamel lill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia.