Twaddab bajda lejn il-Prim Ministru Awstraljan

FILE PHOTO: Australia's Prime Minister Scott Morrison speaks during the INPEX Gala Dinner in Darwin, Australia November 16, 2018. David Moir/Pool via REUTERS/File Photo

Mara ta’ 25 sena waddbet bajda lejn il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison waqt avveniment marbut mal-kamapanja elettorali. Il-Pulizija kkonfermaw li ġiet arrestata.

Aġenti tas-sigurà minnufih qabduha u mexxewha ‘l hemm. Dan wara li l-bajda laqtet lil Prim Ministru f’rasu. Wara li laqtitu, huwa jidher imiss rasu u mbagħad jgħin lil mara anzjana li waqgħet minħabba il-konfużjoni li nqala’.

Ma kien hemm l-ebda ġrieħi rrapurtati, iżda Morrison tenna fuq Twitter li importanti li kulħadd jieqaf kontra ebda vjolenza, jekk hux attivisti li m’għandhomx rispett, jew unjonisti militanti li jikkontrollaw x’jiġri x-xogħol.