TVM jerġa’ jiċċensura l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti

Read in English.

Fil-ġurnata li tfakkar it-tielet anniversarju mill-assassinju tal,-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, TVM għażel li ma jxandarx il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern li fiha l-PM flimkien ma’ żewġ Ministri u s-Supretendent għas-saħħa pubblika ħabbru miżuri restrittivi ġodda.

Fi stqarrija, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qal li minbarra l-mistoqsijiet li saru fil-konferenza li saret fil-Berġa ta’ Kastilja, il-pubbliku ġie mċaħħad għall-informazzjoni ġdida u aktar eżatta li qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-ħin tal-mistoqsijiet li madanakollu ma kienx qed jiġi mxandar fuq TVM.

L-IĠM saħaq li d-direttiva tal-Awtorità tax-Xandir reġgħet intużat biex tiċċensura l-informazzjoni milli tasal għand il-pubbliku. Intqal li issa t-TVM sar “xandir tal-istat” u mhux aktar “xandir nazzjonali”.

L-IĠM qalet li l-Awtorità tax-Xandir assigurat lill-Kunsill tagħha li d-direttiva kienet se terġa’ tiġi kkunsidrata “fit-tieni fażi tal-pandemija”. Appellat biex is-sitwazzjoni titranġa’ qabel ma l-IĠM tikkunsidra rimedji oħra.