Tużax wrapping paper!

Is-Sindku tal-Gżira u ċ-Chairperson ta’ Ambjent Malta Conrad Borg Manché, nieda kampanja biex dan il-Milied flok wrapping paper jintużaw gazzetti, magazines u affarijiet oħra li huma riċiklabbli. Huwa stieden diversi personalitajiet fosthom lil Claire Aguis biex jissieħbu f’din il-kampanja, ħalli bil-popolarità tagħhom jinfluwenzaw iktar nies.

Skont studju li sar madwar 30 miljun siġra jinqatgħu għad-domanda tar-wrapping paper li tintuża mill-Amerikani biss matul dawn iż-żminijiet. Ir-wrapping paper ma tistax tiġi riċiklata għax hija laminata jew miżbugħa. Għalhekk dawn is-siġar qed jinqerdu għal prodott li jintuża darba biss.

Il-grupp ħeġġeġ biex kulħadd jingħaqad magħhom f’din l-inizjattiva.