Tużax il-mowbajl sagħtejn qabel torqod biex…

Huwa fatt magħruf li meta tuża l-mowbajl qabel torqod jaffettwalek il-kwalità tal-irqad. Imma hemm benefiċċji oħra jekk ma tużahx mill-inqas sagħtejn qabel torqod. Taf x’inhuma?

  • Jagħtik ċans tqatta’ aktar ħin man-nies ta’ madwarek u jkollok konverżazzjonijiet iktar sinifikanti mal-maħbubin tiegħek. 
  • Jagħtik ċans tieħu ħsieb tiegħek innifsek u terġa’ tiskopri passatempi li ilek li nqtajt minnhom.  
  • Iwasslek ukoll biex tillimita l-ħin li tqatta’ fuq ix-xogħol, billi telimina ċ-ċans li twieġeb l-imejls tax-xogħol qabel ma toroqd. 
  • Inaqqaslek il-kilba li tiċċekkja l-mowbajl filgħodu, li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ kuntentizza.
  • Jagħtik iċ-ċans li tiffoka fuq dak li tkun qed tara fuq it-televixin. 

 Titħajjar?