‘Tużax il-microwave jekk trid WiFi jgħaġġel’

In-nies għandhom jevitaw milli jużaw il-microwave meta jkunu qed jużaw il-WiFi, skont ir-regolatur tal-midja tal-Ingilterra.

Il-BBC qal li r-regolatur Ofcom ta dan il-parir biex jgħin lin-nies itejbu l-konnessjoni tal-internet tagħhom. Fl-Ingilterra hemm miljuni ta’ persuni li mhux qed jaħdmu mill-uffiċini tagħhom wara li l-Gvern talab lin-nies biex jibqgħu d-dar minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Dan poġġa pressjoni fuq il-fornituri tas-servizzi tal-broadband. Il-BT Openreach irrapporta żieda ta’ 20% fl-użu tal-internet. F’Malta għadd ta’ persuni qed jgħidu li l-konessjoni tal-internet fid-dar tagħhom tista’ tkun aħjar.

Il-Gvern Ingliż qal li internet speeds li wieħed ikun jista’ jistrieħ fuqhom kienu kruċjali.

Il-pariri tal-Ofcom:

  • Tużax il-microwave għax jista’ jbaxxi s-sinjal tal-WiFi
  • Tpoġġix ir-router qrib apparat elettroniku ieħor
  • Ipprova ibda video calls f’ħinijiet mhux komuni

Aktar dwar il-coronavirus…

Jekk jibda jkun hemm 200 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum, ma jkun hawn biżżejjed ventilators, skont il-Professur Victor Grech.

Grech huwa konsulent tal-pedjatrija f’Mater Dei u qed jaġġorna website b’informazzjoni u statistiċi relatati mal-COVID-19.