Tużax dan il-prodott: riskju għas-saħħa

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu wżati minħabba r-riskju ta’ migrazzjoni ta’ melamina mill-materjal li bih huma magħmulin dawn ir-reċipjenti fejn jitpoġġa l-ikel.

Deskrizzjoni tal-prodott:Sett tal-ikel għat-tfal ta’ 4 biċċiet (jikkonsisti minn kuċċarina, skutella, kikkra u platt)
Ditta:Vulli – Sophie La Giraffe
Numru tal-lott:BN 897275
Oriġini:Ċina