Tużahomx għat-tfal; perikolużi

Id-Direttorat għas-Saħħa f’Malta qed iwissi lill-ġenituri biex ma jużawx settijiet tal-ikel magħmula minn furketta, kuċċarina, tazza, skutella u platt tat-tfal tad-ditta Noukie’s. Dan minħabba possibilità ta’ kontaminazzjoni tal-materjal melamina li bih huma magħmulin dawn il-prodotti.

Deskrizzjoni tal-prodott: Sett tal-ikel għat-tfal ta’ ħames biċċiet (jikkonsisti minn furketta, kuċċarina, tazza, skutella u platt)

Ditta: Noukie’s

Numru tal-lott: BB1910.78

Numru tal-barcode: 5413042047127

Oriġini: Ċina

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook  jew is-sit uffiċjali fuq għal informazzjoni simili.