Il-laned tat-tonn taż-żejt jgħinuha tibda timxi

Tifla ċkejkna Sirjana li kienet tuża laned tat-tonn taż-żejt biex timxi fit-toroq Sirjani, għamlet l-ewwel passi tagħha b’ saqajn prostetiċi.

Maya Merhi, li għad għandha biss tmien snin, issa tinstab f’saħħitha u kuntenta wara li tabib li sar jaf bit-tbatija tagħha għamillha t-trattament neċessarju b’xejn.

It-tifla twieldet mingħajr saqajn minħabba kundizzjoni konġenitali rari. Missier it-tifla isofri mill-istess kundizzjoni.

Il-missier uża laned tat-tonn taż-żejt u tubi biex it-tifla tkun tista’ timxi meta kienu f’kamp tar-refuġjati wara li ħarbu minn darhom f’ Aleppo.