Tuża l-internet banking tal-BOV? Se tara tibdiliet

Il-Bank of Valletta ħabbar li matul il-ġimgħat li ġejjin se jniedi pjattaforma ġdida tal-Internet Banking.
L-għan ta’ dan l-iddisinjar mill-ġdid hu biex jipprovdi lill-klijenti ambjent aktar faċli.
Wieħed se jkun jista’ juża l-BOV SecureKey eżistenti biex jaċċessa l-verżjoni demo u jagħmel tranżazzjonijiet fittizji bejn il-kontijiet personali, bl-istess mod li eventwalment se jkunu qed jidhru fuq il-pjattaforma l-ġdida meta tidħol fis-seħħ.
Il-klijenti tal-BOV li jixtiequ appoġġ jew għajnuna addizzjonali dwar il-pjattaforma l-ġdida, mistiedna jikkuntattjaw lill-Customer Service Centre tal-BOV fuq 2131 2020.