Tuża Instagram? Ma ddumx ma tara bidla fir-ritratti li jitilgħulek

Fil-futur mhux wisq 'il bogħod Instagram mistenni jaddotta bidla importanti li tiddetermina x'wieħed isegwi fuq il-feed.
Similarment għal kif facebook itella' l-aktar stejjer importanti fuq quddiem, jidher li Instagram se jkun qed jaddotta l-istess metodu b'tali mod li r-ritratti li jitilgħu l-ewwel fuq il-feed, mhux neċessarjament ikunu l-iktar riċenti li ttellgħu.
Minn kummenti fuq mezzi soċjali madwar id-dinja, il-maġġor parti tan-nies li jagħmlu użu minn din l-app jidher li ma tantx laqgħu tajjeb din l-aħbar.
Filfatt uħud minn dawk li għandhom profil fuq Instagram, qed iħajjru lill-followers tagħhom sabiex jixgħelu l-buttuna tan-notification mal-profil biex dak li jkun qed isegwi jkun avżat b'kull ritratt ġdid li jtella' l-user.