Tusk jiċħad li jinsab f’Malta jistudja l-Ingliż

L-eks Prim Ministru Pollakk u dalwaqt President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, ċaħad li bħalissa jinsab f’Malta jistudja l-Ingliż.
Fil-paġna tiegħu fuq Twitter, Dusk qal li sfortunatament ma jinsabx f’Malta bħalissa imma qed iħejji għall-ewwel laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Warsaw. Hu ċaħad li juża fondi Ewropej għalih innifsu.
Ilbieraħ, kull stazzjon u portal tal-internet ikkwotaw dak li deher f’ġurnal Pollakk, li Tusk kien qiegħed f’Malta jistudja l-Ingliż bi tħejjija għal meta jibda bix-xogħol tiegħu bħala kap tal-Kunsill Ewropew fl-1 ta’ Diċembru li ġej