Turnew internazzjonali tal-futsal organizzat minn Swieqi Utd

Swieqi United se jkunu qed jorganizzaw l-ewwel edizzjoni ta’ Swieqi International Futsal Cup fi tmiem il-ġimgħa. Il-logħob se jintlagħbu mil-lum sal-Ħadd ġewwa l-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.

Timijiet mill-Ingilterra, l-Alġerija u n-Nepal se jkunu Malta biex jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni. Dan qed ikun organizzat bħala estenzjoni ta’ Swieqi Fest li se tkun qed issir ukoll tul il-weekend. It-turnew se jservi ta’ preparazzjoni għall-istaġun li ġej.

Il-Head Coach Damon Shaw qal li din se tkun esperjenza tajba għall-iskwadra u ċans tajjeb biex ikunu evalwati l-plejers. Il-President tal-Klabb Justin Fenech ta l-merħba lit-timijiet li se jkunu qed jikkompetu. Hu qal li jispera li dawn l-avvenimenti jinkoraġixxu kemm lill-Gvern kif ukoll lill-MFA biex tinvesti aktar fil-futsal.