Turnament tal-futbol jiġbor fondi għall-Fondazzjoni AX

L-istaff tal-lukandi tal-grupp AX Hotels lagħbu l-futbol fit-turnament annwali fil-grawnd ta’ Ħ’Attard.
Kienet attività li għal darb’oħra offriet opportunità għall-istaff biex jissoċjalizza  barra mill-ambjent tax-xogħol, minbarra li jsaħħaħ l-ispirtu ta’ tim.
Iċ-Ċermen ta’ AX Hotels, Anġlu Xuereb, fetaħ il-logħba futbol li fiha ħadu sehem disa’ timijiet.
Isegwu l-logħob kien hemm familjari u ħbieb tal-istaff.
Dan it-turnament ġabar flus għall-Fondazzjoni AX ppoġġjata minn AX Holdings li twaqqfet biex topera bħala organizzazzjoni non-governattiva fis-settur tal-volontarjat.
Kien it-tim tal-lukanda Victoria li rebaħ l-edizzjoni ta’ dis-sena.