Turkish Airlines tibda topera minn u lejn Malta

Turkish Airlines, waħda mill-linji tal-ajru Ewropej ewlenin, se tibda’ topera minn u lejn Malta dan is-sajf.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu.

Turkish Airlines se tibda topera lejn Malta kull nhar ta’ Tlieta, Erbgħa u Sibt. B’kollox din il-kumpanija tal-ajru ttir lejn 217 belt madwar id-dinja.

Il-Minsitru għat-Turiżmu Mario de Marco qal li r-rotot tal-ajru minn u lejn Malta żdiedu minn 56 fis-sena 2008 għal 81 is-sena li għaddiet.