Turkija: Partiti tal-Oppożizzjoni jipproponu koalizzjoni biex jiffurmaw Gvern

Fit-Turkija, is-sitwazzjoni politika hi pjuttost inċerta wara l-elezzjoni ta’ tmiem il-ġimgħa, li ma wasslet għall-ebda partit b’maġġoranza assoluta.
Pjuttost, qed tiżdied l-għajta li se jkunu l-partiti tal-Oppożizzjoni li jingħaqdu flimkien f’koalizzjoni u b’hekk jegħlbu lill-partit ta’ Erdogan, li minkejja li kien l-iktar partit li ġab voti, m’għandux biżżejjed biex imexxi waħdu u jidher li ħadd ma jrid jingħaqad miegħu.
Il-partit ġdid tal-Kurdi, HDP, li tela’ b’saħħa fl-ewwel elezzjoni tiegħu bi 80 siġġu fil-Parlament, qal li l-partit hu lest għal koalizzjoni biex jiggverna ma’ forzi oħra tal-Oppożizzjoni waqt li wissa lil Erdogan li għandu jibqa’ fir-rwol li ttih il-Kostituzzjoni bħala Kap ta’ Stat.