Turkija: L-Istat ikeċċi 7,000 uffiċjal pubbliku f’lejl wieħed

Lejliet l-ewwel anniversarju mill-attentat ta' kolp ta’ stat militari, it-Turkija keċċiet aktar minn 7,000 pulizija, ħaddiema taċ-ċivil u akkademiċi bħala parti mit-tneħħija ta’ nies li huma suspettati li ħadmu kontra l-Istat.
Din l-azzjoni ħarxa u drastika mill-Istat Tork qed issir b’reazzjoni għal dak li l-pajjiż qed iqis bħala attentat ta’ kolp ta’ stat li kien orkestrat minn kjeriku Musulman Amerikan Fethullah Gulen.
Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan qal li ma jimpurtahx min-nies li tilfu xogħlhom minn mal-Istat u sostna li jekk iridu issa jista’ jieħu ħsiebhom is-settur privat.
Skont il-President Erdogan l-Istat diġa kien qed jieħu ħsiebhom qabel dawn tradewh.
B’kollox it-Turkija keċċiet u ssospendiet aktar minn 150,00 uffiċjal u arrestat madwar 50,000 persuna li kienu jaħdmu fis-settur pubbliku.