Turkija: L-isplużjoni riżultat ta’ attakk terroristiku

L-isplużjoni qawwija li ħasdet il-belt ta’ Diyarbakir fix-Xlokk tat-Turkija, li oriġinarjament kienet tidher bħala inċident, kienet fil-fatt riżultat ta’ attakk terroristiku.
Il-Ministru tal-Intern Süleyman Soylu qal li tpoġġew splussivi f’mina mħaffra taħt il-kwartieri tal-pulizija.
Tliet persuni sfaw maqtula filwaqt li mill-inqas għaxra oħra ndarbu.
Minkejja li s’issa ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk terroristiku, militanti Kurdi wettqu attakki simili fil-passat.
Din l-isplużjoni seħħet ftit jiem qabel ir-referendum dwar it-twessigħ tal-poteri tal-President Tork, Tayyip Erdogan.