Turisti rrapurtati nieqsa wara li tinqaleb dgħajsa fl-Indonesja

Fl-Indonesja, tal-inqas 10 persuni ġew irrapurtati nieqsa wara li dgħajsa għerqet barra l-lvant tal-kosta Indonesjana. 
Huwa rrapurtat li għaxar persuni oħra ġew salvati meta d-dgħajsa għerqet bejn il-gżejjer ta’ Lombok u Komodo.
Filwaqt li għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-incident, rapporti inizjali qed jgħidu li aktarx id-dgħajsa ħabtet ma sikka.
Fost il-persuni li ġew salvati hemm turisti mill-Ingilterra, Spanja, Franza u oħrajn.  
L-identità ta’ dawk rrapurtati nieqsa għadha mhux magħrufa.