Aġġornata: Turisti fost 27 maqtula fi sparatura f’Sousse fit-Tuneżija

Aġġornata fl-4.00pm:
Żewġ lukandi f’Sousse fit-Tuneżija spiċċaw fil-mira ta’ żewġ persuni armati li sparaw fuq in-nies u qatlu mill-inqas 27 persuna.
Turisti li kienu fuq il-post iddeskrivew li semgħu ħoss ta’ splużjoni u kulħadd beda jiġri lura lejn il-lukandi.
Oħrajn qalu li kien hemm persuni b'armi fil-bajja u li bdew jisparaw fuq it-turisti.
Kelliema uffiċjali qalu li minn tal-inqas wieħed mit-terroristi nqatel waqt li għaddejja tfittxija għat-tieni persuna.
Sousse hija destinazzjoni mfittxija mit-turisti li jżuru t-Tuneżija.
Dan il-pajjiż Afrikan ilu fuq stat ta’ allert minn meta f’Marzu li għadda persuni armati qatlu 22 persuna, fil-parti l-kbira tagħhom turisti, f’mużew fi Tripli.
Attakk ieħor fl-istess jum seħħ fi Franza fejn ħalla persuna mejta u oħrajn midruba.
Attakk separat seħħ minn terroristi qrib l-Istat Iżlamiku fuq moskea fil-Kuwajt waqt li fis-Sirja nqatlu mal-120 persuna