Turisti jweġġgħu f’attakk terroristiku f’lukanda fl-Eġittu

Tliet persuni armati daħlu fil-lukanda Bella Vista f’Hurghada fl-Eġittu u sparaw fuq in-nies, bil-konsegwenza li turista Daniża u oħra Ġermaniża sfaw feruti.
Jirriżulta li l-irġiel armati waslu fuq ix-xtajta ta’ resort turistiku bil-baħar, b’wieħed minnhom kien liebes ġakketta bl-isplussiv.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li tnejn mit-tliet terroristi nqatlu waqt sparatura mal-Pulizija filwaqt li t-tielet wieħed ġie arrestat.
L-ewwel għajnuna medika bdiet tingħata minn kmamar fil-lukanda filwaqt li xi turisti oħra ttieħdet l-isptar għall-kura.