Turisti jippakkjaw u sidien irrabjati f’Għawdex minħabba ordni mhux infurzata

L-Awtorità Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) waslulha rapporti li xi turisti qed itemmu ħesrem il-vaganza tagħhom minħabba li l-wegħda dwar waqfien mix-xogħlijiet fil-kostruzzjoni f’żoni turistiċi ma nżammitx.
Il-GTA talbu fi stqarrija sabiex l-awtoritajiet konċernati sabiex jinfurzaw dil-wegħda li kienet ġiet ippubblikata riċentement bil-miktub.
L-awtorità sostniet li xi membri tagħha infurmawha li minħabba dan l-inkonvenjent it-turisti qed jippakkjaw u jħallu l-akkomodazzjoni li jkunu krew, b’dannu wkoll għall-kerrej.
Sit minnhom fejn ix-xogħol issokta minkejja l-istaġun huwa x-Xlendi.
Ritratt: Arkivji