Turisti jinqatlu b’daqqiet ta’ sikkina f’lukanda l-Eġittu

Żewġ turisti Ukreni nqatlu wara daqqiet ta’ sikkina fil-lukanda Hurghada qrib il-Baħar l-Aħmar, fl-Eġittu.
Barra minn hekk, minn tal-inqas 4 persuni oħra ndarbu f’dan l-attentat li qed jiġi deskritt bħala attentat ta’ qtil tal-massa mill-uffiċjali mediċi.
Skont il-Ministru Eġizzjan għall-Intern, persuna qed tinżamm arrestata sabiex jiġi stabbilit il-mottiv tal-azzjonijiet tagħha.
Jidher li l-allegat aggressur għam minn bajja fil-qrib ta’ dil-lukanda famuża fl-Eġittu sabiex ikun jista’ jidħol fiha.
Sena ilu, tliet turisti nqatlu f’din l-istess lukanda minn militanti tal-ISIS.
Bħalissa l-Eġittu qed tesperjenza żieda f’attakki terroristiċi, speċjalment fil-peniżola tas-Sinaj, bl-industrija turistika fil-mira tat-terroristi.
F’Ottubru ta’ sentejn ilu, ajruplan tniżżel minn bomba fil-peniżola. Dakinhar mietu 224 passiġġier.