Turist żagħżugħ jinstab mejjet f’soddtu f’San Ġiljan

CMRU

Turist Ġermaniż instab mejjet fis-sodda f’hostel f’San Ġiljan.

Fl-4 t’April, it-turist ta’ 26 sena instab mejjet fil-hostel fejn kien qed joqgħod f’Telgħet San Ġiljan.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li ma jidhirx li kien hemm xi vjolenza fil-każ, iżda jaf miet b’mewta naturali. Għal din ir-raġuni, infetħet inkjesta maġisterjali u se ssir awtopsja fuq il-katavru.