Turist jitlef ħajtu abbord il-gondola f’Venezja

Ġermaniż ta’ 50 sena tilef ħajtu meta kien riekeb il-gondola fil-famuż Grand Canal ta’ Venezja. Il-Ġermaniż kien ma’ martu u t-tliet uliedu meta l-gondola li kienu jinsabu fiha u dgħajsa ħabtu.

Tifla ta’ tliet snin sofriet ġrieħi f’rasha u ttieħdet fi sptar f’Padova għall-kura. Kawża tal-qawwa tad-daqqa, it-tifla u l-kumplament tal-familja spiċċaw fl-ilma bil-qawwa.

Hu mifhum li d-dgħajsa li ġġorr lill-pubbliku madwar il-kanal ma ratx lill-gondola, bil-missier spiċċa mgħaffeġ bejn iż-żewġ bastimenti.