Read in English.
Turist Taljan ta’ 46 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ xi taraġ fil-Kappara.
L-inċident seħħ f’hotel fi Triq ir-Russett, San Ġwann, għall-ħabta tal-10.10am.
Il-Pulizija u l-ambulanza kienu preżenti fuq il-post. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.