Turin: Iwettqu diversi serqiet bħal tal-films

Il-Pulizija Taljana arrestaw żewġt aħwa suspettati li serqu diversi magni tal-flus waqt li kienu lebsin maskri tal-President Amerikan Donald Trump.
Fi stqarrija l-awtoritajiet qalu li din kienet mossa simili għal dik tal-film Point Break tal-1991 li kienu ħadu sehem fih Keanu Reeves u Patrick Swayze fejn membri ta’ gang kienu jmorru jisirqu l-banek lebsin maskri ta’ eks-presidenti Amerikani.
L-aħwa, li għandhom 26 u 30 sena, serqu numru kbir ta’ magni tal-flus minn ħwienet f’Turin.
Huma nqabdu minn kameras tas-sigurtà jużaw l-isplussiv biex jisgassaw u jiftħu l-magni tal-flus.