“Turija ta’ rispett lejn l-eroj tagħna”

Turija ta rispett

Qed isir appell biex għada t-Tlieta 17 ta’ Marzu fid-9pm, il-poplu Malta joħorġ mit-twieq u l-gallariji tad-dar tiegħu biex flimkien nagħtu ċapċipa kbira lit-tobba, infermiera u paramediċi. L-appell jgħid li rridu nkunu żguri li din iċ-ċapċipa tinstema` ċara u sew bħala sinjal t’apprezzament u rispett għax-xogħol siewi li jagħmlu b’tant kuraġġ u dedikazzjoni.

Fuq il-paġna ta’ Facebook li ġiet imwaqqdu apposta Turija ta’ rispett lejn l-Eroj Tagħna / Respect to our heroes, l-organiżżatur Ramon Balzan kiteb li l-ħsieb huwa li “nagħmlu standing ovation madwar Malta u Għawdex biex nirringrazzjaw lil dawn l-eroj li qed jaħdmu f’dawn iż-żminijiet diffiċli biex ninkuraġġuhom jibqgħu għaddejjin b’din il-ħidma tagħhom.”

L-appell huwa biex titmexxa l-kelma anki ma’ dawk li m’għandomx aċċess għall-midja soċjali, filwaqt li dawk li għandhom għandhom jidħlu fil-paġna u jxerrdu l-appell.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn