Turi l-ħxuna tagħha fuq instagram u jagħlqulha l-account

Jisimha Samm Newman, għandha 19-il sena u tgħix u tistudja f’Ohio l-Istati Uniti.  L-istessu tagħha bil-ħwejjeġ ta’ taħt li tefgħet fuq instagram qajjem kjass kbir fuq l-internet. 
Fir-ritratt, Samm ma ddejqitx turi l-piż żejjed iżda min jieħu ħsieb instagram ma ħax gost bir-ritratt u wara ftit ibblokkjalha l-account
Samm ma felħitx għaċ-ċensura u qalet li din hi dittatura ta’ min hu rqiq u li l-kelma xaħam mhix kelma kerha.  Staqsiet “kif tista’ tibni karattru sod jekk tibqa’ taħbi r-ritratti tiegħek għax taħseb li n-nies ma tridx tarahom?”
Wara l-polemika sħiħa li qamet, Instagram iddeċieda li jerġa’ jiftħilha l-account għax qal li kien biss żball ġenwin.
It-tfajla qalet li kienet tiġi bbulljata minħabba l-ħxuna żejda u meta marret l-università bdiet taċċetta l-figura tagħha.
Fuq Instagram u Twitter Samm fetħet grupp fejn nisa oħra b’kilo żejjed jistgħu jaqsmu ħsibijiethom u r-ritratti li jmorru lil hinn mis-sbuħija li mdorrijin naraw fuq il-mezzi tax-xandir.