Tunnellata ċikkulata tispiċċa fit-triq

Tunnellata ta’ ċikkulata din il-ġimgħa waqqfet il-moviment fi triq fil-Ġermanja.

It-triq fil-Belt ta’ Westonnen ingħalqet wara li tank biċ-ċikkulata f’fabbrika far u spiċċa fit-triq. Iċ-ċikkulata bbieset wara ftit u setgħet titneħħa bil-ħidma ta’ 25 membru tal-Protezzjoni Ċivili. Impjegati tal-fabbrika għenu wkoll f’din “l-emerġenza ħelwa”.

Ix-xogħol fil-fabbrika tal-kumpanija DreMeister reġa’ lura għan-normal jumejn wara.