“Agħtuni l-fondi għall-ħajt inkella l-Gvern jibqa’ magħluq” – Trump

REUTERS/Jim Young

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed jhedded li se jħalli l-Gvern tal-pajjiż parzjalment magħluq għal xhur u anke snin. Dan wara li hu u l-mexxejja Demokratiċi fallew milli jsolvu d-diżgwid dwar it-talba ta’ Trump ta’ $5.6 biljun sabiex jibni ħajt mal-fruntiera Messikana.

Wara li l-mexxeja Demokratiċi fil-Kungress irrifjutaw it-talba ta’ Trump fil-White House, il-President Repubblikan hedded li se jieħu l-pass li jiddikjara emerġenza nazzjonali u jibni l-ħajt mingħajr il-permess tal-kungress.

Trump qed jirrifjuta li jagħti s-sapport tiegħu għal abbozz li se tagħti fondi lill-Gvern sakemm jassigura li se jkollu l-flus biex jibni l-ħajt. Minħabba dan il-pass, madwar 800,000 ħaddiem tal-Gvern baqgħu bla paga u madwar kwart tal-gvern federali ilu magħluq għal madwar ġimgħatejn.