Tuneżin jinstab mal-art fil-periklu tal-mewt

Tuneżin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nstab mixħut fuq bankina kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sagħtejn u għoxrin fi Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birzebbuġa.
It-Tuneżin ta’ 31 sena, li hu residenti Marsaxlokk, ittieħed l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Huwa ġarrab ġrieħi f'rasu. 
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ritratt: Media Police