Jintemmu diskussjonijiet dwar il-possibilità ta’ involviment ta’ Tumas Group f’Manoel Island

Read in English.

Tumas Group u MIDI Plc temmew id-diskussjonijiet li kien hemm bejnithom dwar il-proġett ta’ Manoel Island. Dan skont stqarrija maħruġa mill-konsortju MIDI Plc u it-Tumas Group.

Skont l-istqarrija iż-żewġ naħat ftehemu flimkien biex iwaqqfu d-diskussjonijiet li kien hemm bejniethom dwar dan il-proġett. Mill-banda l-oħra l-kumpanija MIDI Plc qalet li hi se tibqa’ parti mill-proġett u li x-xogħol ta’ żvilupp jibda hekk kif joħorġu l-permessi.

Il-proġett kellu jibdel lil Manoel Island f’żona residenzjali u kummerċjali. MIDI ngħataw konċessjoni ta’ 99 sena biex jiżviluppaw ukoll Tigne Point.

Fuq Manoel Island l-iżviluppaturi kellhom jibnu, fost affarijiet oħra, lukanda matina għall-jottijiet, u appartament barra ħwienet.