Tuffieħ moqli

Ingredjenti

65g butir

6 tuffiħat, isslajsjati

90g zokkor

nofs kuċċarina trab tal-kannella

Metodu

Dewweb il-butir f’taġen b’qiegħ oħxon.

Itfa’ t-tuffieħ  u nofs iz-zokkor. Ħawwad tajjeb.

Għatti t-taġen u saħħan fuq nar baxx ħàfna għal madwar 20 minuta sakemm it-tuffieħ jirtab.

Żid il-kannella u l-kumplament taz-zokkor. Saħħan għal 5-10 minuti oħra fuq nar moderat.

Jekk trid servi ma’ ġelat.