Ingredjenti
4 tuffiħat kbar
50g zokkor ismar
4 msiemer tal-qronfol
20g butir jew marġerina
60ml ilma
Metodu
Aħsel it-tuffieħ u ħaffer in-nofs. Poġġihom fuq dixx tal-forn.
Imla n-nofs biz-zokkor u deffes musmar tal-qronfol f’kull waħda.
Fl-aħħarnett, fuq kull waħda, agħmel 5g tal-butir.
Ferragħ l-ilma fid-dixx u sajjar f’forn moderat għal 15-20 minuta.
Aqleb it-tuffieħ b’attenzjoni u kompli sajjar sakemm isiru, madwar 40 minuta b’kollox.
Servi bi ftit mill-ilma tat-tisjir, bil-custard jew bil-ġelat.