Tuffieħ fil-forn bl-għaġina sfiljurata

Ingredjenti

6 mgħaref butir bla melħ

1 kilo tuffieħ

85g zokkor ismar

3 mgħaref dqiq

1 mgħarfa essenza tal-vanilla

2 kuċċarini kannella

nofs kuċċarina melħ

nofs lumija lumija

zokkor abjad għal wiċċ

pakkett għaġina sfiljurata

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ/400˚F.

Dewweb il-butir f’kazzola żgħira sakemm jibda jbaqbaq u jsir kulur dehbi. Ħalli f’ġenb.

Qaxxar it-tuffieħ u naddfu għal kollox. Qattgħu biċċiet żgħar ta’ madwar 2ċm. Poġġih f’bieqja kbira.

Ferragħ fuqu nofs iz-zokkor ismar, id-dqiq, l-essenza tal-vanilla, il-kannella u l-melħ. Ħokk il-qoxra ta’ nofs lumija fuq it-tuffiegħ imbagħad agħsarha fuqu.

Ħawwad flimkien b’idejk. Ittrasferixxi kollox f’dixx tal-forn. Roxx nofs il-butir imdewweb  fil-wiċċ.

Ifrex l-għaġina sfiljurata fuq id-dqiq u rromblaha. Qattagħha bi kwadri ta’ 2ċm. Poġġi dawn il-biċċiet tal-għaġina fuq it-tuffieħ, waħda tmiss mal-oħra. Ippinzella l-butir imdewweb li fadal fuq l-għaġina u t-tuffieħ. Fl-aħħar roxx iz-zokkor abjad għal wiċċ.

Sajjar fil-forn diġà msaħħan għal 25-30 minuta sakemm tara li  l-wiċċ ikun ħa kulur dehbi. Oħroġ mill-forn u b’mgħarfa agħfas il-biċċiet tal-għaġina bil-mod fil-likwidu tat-tuffieħ li jkun ħareg waqt is-sajran. Ħalliha tiksaħ ftit u servi, jekk tippreferi, bil-ġelat mal-vanilla.