​Tuchel kowċ ta’ Arsenal?

Ir-rivista sportiva Ġermaniża Kicker żvela li l-ekskowċ ta’ Borussia Dortmund Thomas Tuchel irrifjuta li jingħaqad ma’ Bayern Munich sabiex jiffirma mal-klabb fil-Premier League Ingliż Arsenal. B’hekk jidher illi l-maniġer ta’ 44 sena se jkun is-suċċessur ta’ Arsene Wenger li ilu jmexxi lil Gunners għal aktar minn 20 sena.
Madankollu s-sit Ingliż li jispeċjalizza fl-aħbarijiet sportivi, goal.com pront ċaħad dan l-għajdut hekk kif qal illi Tuchel qed jissemma wkoll li jkun fuq il-bank ta’ PSG jew inkella Chelsea.
Li hu żgur  hu li dan il-kowċ se jkun qed jiġi attirat minn diversi offerti sakemm jasal għal dik l-aktar importanti.