Tuchel jista’ jkun il-kowċ ta’ Bayern Munich

Wara li sar magħruf illi l-kowċ attwali ta’ Bayern Munich Jupp Heynckes mhux ser ikompli fil-kariga tiegħu għall-istaġun illi ġej, pront iċċaqalqu d-diriġenti tal-klabb mill-Bavarja illi qed ifittxu alternattivi għalih. Skont ir-rivista Kicker, l-ogħla awtoritajiet tat-tim minn Munich dawru ħarsithom fuq l-ekskowċ ta’ Borussia Dortmund Thomas Tuchel.
Dan tal-aħħar ilu ma jikkowċja sa minn meta rriżenja mill-kariga f’Mejju li għadda. Dakinhar Dortmund kienu rebħu t-Tazza Ġermaniża għas-spejjeż ta’ Eintracht Frankfurt.
Tuchel kien wassal lil klabb żgħir ta’ Mainz sal-kompetizzjonijiet Ewropej għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu.
F’kumment li ta, Heynckes qal illi Tuchel għandu jkun is-suċċessur tiegħu għax għandu l-kwalitajiet meħtieġa biex imexxi lil dan il-klabb glorjuż.