Tuchel jieħu post Emery

Thomas Tuchel inħatar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Paris Saint-Germain hekk kif Unai Emery ser itemm l-esperjenza tiegħu fil-Ligue 1 wara l-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Caen.
Tuchel telaq lil Borussia Dortmund fl-2017 u kien segwit minn bosta klabbs Ewropej, fosthom Arsenal u Chelsea. Issa l-Ġermaniż ta’ 44 sena ffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ PSG bl-għan li jwettaq il-ħolma tal president Nasser Al-Khelaifi, li hi r-rebħ taċ-Champions League.
Tuchel stqarr li jinsab ferħan u onorat li ntgħażel biex imexxi lil PSG, klabb li hu ddeskriva bħala wieħed b’potenzjal kbir. Il-kowċ Ġermaniż beda l-karriera tiegħu ma’ Mainz 05 qabel ingħaqad ma’ Borussia Dortmund fl-2015.