
Tsunami fil-gżejjer Indoneżjani ta’ Java u Sumatra qatel ta’ l-inqas 62 persuni waqt li mijiet oħra weġġgħu.
It-Tsunami kien kkawżat minn moviment li seħħ taħt il-baħar wara li żbroffa l-vulkan Anak Krakatawa.
Mijiet tad-djar u bini ieħor qrib il-strett ta’ Sunda ġġarfu. Din kienet l-aħħar minn sensiela ta’ traġedji li seħħew fl-arċipelogu tal-Indonesia din is-sena, wara sensiela ta’ terrimoti li heżżew l-gżira Indonesjana ta’ Lombok u terrimot u tsunami li qatlu eluf fil-gżira ta’ Sula-wesi.
Qrib il-mitejn il-passieġier mietu meta ġġarraf arjuplan tal-Lion Air fil-baħar Java f’Ottubrru li għadda.