Tsitsipas jirbaħ lil Federer: għad għandu 21 sena

Stefanos Tsitsipas rebaħ lil Roger Federer li fis-snin li għaddew rebaħ l-ATP Finals sitt darbiet. Il-Grieg li qed jiddebutta fl-avveniment fl-età ta’ 21 sena, rebaħ 6-3 6-4.

L-Isvizzeru li għandu 38 sena kien qed jimmira li jilser ir-rekord u eventwalment jirbaħ is-seba’ titlu, iżda l-Grieg irnexxielu jegħlbu.

Federer kellu logħba tajba ferm kontra Novak Djokovic qabel ma rnexxielu jasal għas-semi-finali. Iżda lbieraħ kellu wirja ferm inqas tajba mis-soltu. Federer tilef numru ta’ opportunitajiet li waslu f’punti kruċjali u b’hekk spiċċa tilef il-logħba u ċ-ċans li jikkompeti fil-finali.